Missieru jaħfirlu wara li seraqlu €5,000 – One News

Notifiki

Missieru jaħfirlu wara li seraqlu €5,000

Marsi ta’57 wieġeb ħati għal akkuża ta’ serq ta’ madwar €5,000 lil missieru minn dar tal-anzjani f’Bormla. 

Il-Qorti kien spjegat li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija waqt l-arrest, kif ukoll li fadal biss €350 mill-flus li seraq l-akkużat.

Misser l-akkużat qal ċar u tond li hu lest jaħfer lill-ibnu jekk dan jagħtih il-flus lura.

Id-difiża nnutat li l-akkużat għandu kondotta nadfia, u kien jieħu ħsieb lill-missier kuljum.

B’hekk, Raymond Bonnici ngħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin, u li jħallas lura lill-missieru fi żmien 30 xahar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend