Delegazzjoni mill-Ġappun se żżur Malta biex tara dak li qed nagħmlu bħala pajjiż fil-qasam tal-blockchain: Il-PM – One News

Notifiki

Delegazzjoni mill-Ġappun se żżur Malta biex tara dak li qed nagħmlu bħala pajjiż fil-qasam tal-blockchain: Il-PM

Delegazzjoni Ġappuniża se żżur lil Malta biex tara x’qed tagħmel fil-qasam tal-blockchain.

Ħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat, li spjega kif din iż-żjara se ssir wara li kien f’Tokyo ftit tal-ġimgħat ilu flimkien ma’ delegazzjoni Maltija. 

“Tkellimt fuq hekk ukoll erġajt illum stess mal-Prim Ministru Shinzo Abe imma tkellimt ukoll dwar dak li issa ħa nagħmlu iktar fuq l-artificial intelligenti, deautomation, il-mod ta’ kif dal-qasam qed jiżviluppa u l-mod ta’ kif irridu nħarsu biex nirregolawh li jattira aktar investiment, jattira aktar interess lejn pajjiżna b’mod pożittiv li l-ekonomija tkompli tikber b’mod sostenibbli”.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem fi tmiem summit fi Brussell li laqqa’ taħt saqaf wieħed, wieħed u ħamsin mexxej minn pajjiżi Ażjatiċi u Ewropej.

Summit li fi kliem Dr. Muscat huwa eċċitanti ħafna għal Malta, għax mhux biss hemm sħab Ewropej, iżda wkoll mexxejja ta’ pajjiżi strateġikament importanti ħafna għall-ekonomija ta’ pajjiżna – bħal Singapor, iċ-Ċina u l-Ġappun.

“Huwa forum li huwa ta’ importanza mhux qegħdin hemmhekk biss għan-numru u l-punt li għamilna huwa li Malta tista’ toffri l-opportunità lil dawn il-pajjiżi u bosta oħrajn kemm Ewropej u anki Ażjatiċi biex inħarsu lejn il-futur”.

Meta kien qed jindirizza s-Summit, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar ir-rivoluzzjoni diġitali u l-importanza ta’ relazzjonijiet b’saħħithom bejn iż-żewġ kontinenti.

Hawnhekk irrimarka r-relazzjonijiet li Malta għandha ma’ bosta pajjiżi fl-Ażja u li qed iħallu l-frott.

Intant, is-Summit li jmiss tal-ASEM sentejn oħra se jitlaqqa’ fil-belt kapitali tal-Kambodja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend