Twissija ta’ maltempata bir-ragħad- sewwieqa mħeġġa ma jipparkjawx viċin il-baħar – One News

Twissija ta’ maltempata bir-ragħad- sewwieqa mħeġġa ma jipparkjawx viċin il-baħar

Maltempata bir-ragħad mistennija tgħaddi minn fuq pajjiżna iktar tard illum. Is-sit FirstMalta.com qal dan fi stqarrija, fejn ikkonferma li l-iktar ħin li fih hemm ċans ta’ maltemp huwa bejn is-14:00 u 00:00. 

Kien spjegat li maltempata li qed tifforma fuq iċ-ċentru tal-Mediterran qed tersaq lejn Malta minħabba nuqqas ta’ stabbiltà fl-arja.

FirstMalta.com qal ukoll li l-European Storm Forecast, l-ESTOFEX, qalu li ċ-ċans ta’ Maltemp fuq Malta huwa kbir.

Minħabba r-riħ qawwi li qed jgħaddi minn fuq Malta anke bħalissa, sewwieqa huma mwissija biex ma jipparkjawx viċin tal-kosta, biswit siġar, jew ħitan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend