Unuri għal skola taż-żfin Maltija fir-Renju Unit – One News

Unuri għal skola taż-żfin Maltija fir-Renju Unit

L-iskola professjonali taż-żfin Steps Ahead, li fiha jattendu 150 student li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 4 u 60 sena għadha kif marret fi BlackPool fir-Renju unit fejn apparti minn kompetizzjonijiet, paxxew lin-nies biż-żfin professjonali tagħhom.

Iċ-ċkejken Keane Scerri De Carlo huwa ż-żeffien li rebaħ kompetizzjonijiet mondjali, fejn ilu għal dawn l-aħħar xhur imur barra minn Malta biex jikkompeti ma’ żeffiena internazzjonali. Iċ-ċkejken saħaq li għakemm ikun imbeżża’, xejn ma jaqtgħalu qalbu.

”Meta mort hemmek rajt ħafna koppji tajbin jiżfnu u għidt immur niżfen l-aħjar li nista’ imbagħad li jiġri jiġri”

Id-Direttriċi u għalliema f’din l-iskola Rosella Scerri De Carlo spjegat kemm l-istudenti tagħha huma ddedikati u li jkollhom jagħmlu sagrifiċċji kbar biex jiksbu dak li jixtiequ.

“Dis-sena kienet naqra kiefra għax kif tafu kellna sajf pjuttost sħun jiġifieri dawn qed nitkellmu fuq tfal li jibdew t’erba’ snin li jinsew il-baħar jinsew il-birthday parties, jinsew kollox bażikament u jqattgħu ħajjithom hawnekk.”

Matteo Camilleri, student ieħor f’din l-iskola spjega li jekk ma tagħmilx sagrifiċċji ma tista’ tasal imkien.

“L-esperjenza kienet ferm  pożittiva, ħadna ħafna pjaċir, niżżilna ħafna trophies u naħseb li għamilna isem tajjeb lil-Malta.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend