Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħ’Attard – One News

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħ’Attard

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f’Ħ’Attard aktar kmieni llum. 

L-inċident seħħ fi Triq in-Nutar Zarb għall-ħabta tal-17:30, meta mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 56 sena mill-Mosta, ħabat ma’ karozza tat-tip Citroen C3 misjuqa minn mara ta’ 59 sena residenti Ħ’Attard.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend