Malta – Destinazzjoni ideali għall-Yoga – One News

Notifiki

Malta – Destinazzjoni ideali għall-Yoga

L-awtorità Maltija għat-turiżmu riċentament laqgħet crew televiżiv mill-istazzjon tat-televiżjoni popolari Awstrijakk ORF Sports+ li ġew f’pajjiżna jiffilmjaw sensiela ta’ episodji marbuta mal-yoga li se jkunu parti minn sensiela televiżiva.

Dawn l-episodji kienu ffilmjati f’imkejjen mill-isbaħ Maltin bħat-Torri l-Aħmar, il-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa, il-Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq, il-Port il-Kbir u anke fir-Ramla Bay Resort.

Bosta artikli b’relazzjoni mal-Yoga bi promozzjoni għall-pajjiżna deheru wkoll fl-edizzjoni ta’ Settembru fil-magazine magħruf Yoga Magazine li huwa milħuq minn 400,000 persuna. Waħda mill-mudelli tal-yoga nfisha li hija popolari fl-Awstrija kitbet fil-blog personali tagħha; blog li huwa milħuq minn suq Ġermaniż. Ara l-blog tagħha hawnhekk: https://www.silviaschreibt.de/yoga-magazin-ein-blick-hinter-die-kulissen-auf-malta/

It-turiżmu sportiv f’Malta qiegħed isir aktar popolari fosthom dak tal-għadds, b’żieda tanġibbli fl-oqsma kollha relatati mas-settur tul l-2017, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Tista’ tara l-episodju miġbud f’Malta hawn: https://tvthek.orf.at/profile/Yoga-Magazin/7708946/Das-Yoga-Magazin-Folge-98/13991837/Yoga-in-Malta/14379261

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend