ARA: L-ikel u s-sostenibbilità f’konferenza fil-Verdala – One News

Notifiki

ARA: L-ikel u s-sostenibbilità f’konferenza fil-Verdala

 

Fil-Jum Dinji ddedikat għall-ikel, il-Fondazzjoni tal-President għall-ġid tas-soċjetà organizzat konferenza ta’ ġurnata dwar l-importanza tas-sigurtà tal-ikel u s-sostenibbilta f’dan ir-rigward.

Fid-diskors tal-ftuħ il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-aċċess għall-ikel bnin u sostenibbli huwa dritt uman u għalhekk dan għandu jiġi żgurat. Hija esprimiet it-tħassib tagħha għall-fatt li f’Malta sabiex wieħed jixtri ikel sustanzjuż għandu bżonn jonfoq ħafna flus kif ukoll li f’Malta għandna l-ogħla rata ta’ obeżità fl-Ewropa.

One News tkellem ma’ Rachel Radmilli, waħda mill-kelliema f’din il-konferenza li spjegat kif il-parteċipanti ħa jinqasmu fi gruppi differenti fejn ħa jiġu diskussi suġġetti varji relatati mat-tema tal-ikel.

“Illum il-konferenza tirrigwarda ħafna aspetti differenti li għandhom x’jaqsmu mal-ikel speċjalment qed inħarsu lejn aspetti ta’ food safety u food security. Nistgħu nħarsu lejn dan l-aspett minn ħafna aspetti differenti, per eżempju jekk naraw li aħna bħala gżira żgħira għandna ċertu limitazzjonijiet tat-tip ta’ ikel li nipproduċu”.

Intant, fil-bidu tal-konferenza ġiet osservata minuta silenzju hekk kif it-Tlieta 16 t’Ottubru jaħbat sena mill-mewt tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend