ARA: Adrian Delia inkonsistenti – One News

Notifiki

ARA: Adrian Delia inkonsistenti

Mal-mument li l-gazzetta La Repubblica ħarġet storja spekulattiva dwar il-Ministru Chris Cardona, il-Partit Nazzjonalista dlonk ħareġ jikkummenta.

Iżda, ladarba The Malta Independent irrapportat fid-dettall kif dak li qalet La Repubblica ma kienx minnu, Delia issa sab ruħu dahru mal-ħajt.

Wara li għamel tiegħu l-ewwel verżjoni issa qal li ma jridx jikkummenta wisq.

“Sal-lum qed nisimgħu żewġ verzjonijiet differenti. Jien il-kummenti tiegħi aħħari jkun meta jkun hemm il-verżjoni aħħarija.”

Delia qal dan wara li ressaq mozzjoni li titlob inkjesta oħra b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Għax Delia jrid investigazzjoni dwar kollox u kulħadd minbarra dawk fil-Partit Nazzjonalista.

Fil-fatt, mistoqsi dwar dak żvelat dwar David Casa mill-gazzetta maltatoday, Delia deher komdu bl-ispjegazzjoni tiegħu u daqshekk.

“Iva tkellimt ma’ david casa kelli okkazjoni nahseb il-pożizzjoni tiegħu hija ċara daqs il-kristall, ċaħad l-allegazzjonijiet li kien hemm.”

L-allegazzjoni kienet li mhux biss jikkonsma d-droga f’ammonti kbar, iżda jagħmel dan ma’ nies oħra b’mod li jkun affettwat ix-xogħol tiegħu.

Il-Ħadd Casa dlonk kien mistoqsi joqgħod għal test. Iżda, ma tantx deher komdu jagħmel dan tant li qal li jagħmlu biss jekk jagħmlu kull min hemm fil-Parlament.

F’dan il-każ, Delia li jrid investigazzjoni fuq bosta affarijiet, qal li m’hemmx għalfejn testijiet.

“Jiġifieri ma giegħelux  jagħmel it-testijiet?

Le ma ġiegħeltux u naħseb li mhix il prassi ta’ ebda gvern partit, istituzzjon li jagħmel hekk”

Jidher li għal ftit sigħat wara l-aħbarijiet żvelati l-Ħadd, issa Adrian Delia qed jgħid li jkun irid jitkellem fuq il-fatti.

“Kif taf f’kull ħaġa, jien ninterpreta ruħi għall-fatti u mhux għall-interpretazzjonijiet.”

L-ewroparlamentari u l-Kap tad-delegazzjoni fil-Parlament Ewropew f’isem l-Partit Nazzjonalista David Casa deher skomdu u irrifjuta milli jwieġeb dwar l-istorja tal-Malta Today li zvelat kif whistleblower qed jallega li Casa kellu l-vizzju tad-droga.

Mistoqsi mill-ġurnalisti jekk qattx għamel użu mid-droga kokaina – Casa, skomdu għal aħħar u taħt pressjoni, irrifjuta milli jwieġeb.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend