Il-Qorti tiddikkjara ksur ta’ drittijiet f’każ kriminali li ilu jġebbed 6 snin – One News

Notifiki

Il-Qorti tiddikkjara ksur ta’ drittijiet f’każ kriminali li ilu jġebbed 6 snin

Il-Qorti ddikjarat ksur tad-drittijiet fil-każ ta’ Robert Agius, li huwa akkużat b’pussess u traffikar tad-droga. 

Il-każ imur lura għall-2012 u ilu jkaxkar sitt snin wara li xhud ewlenija f’dan il-każ irrifjutat li tixhed sakemm kienet qed taffaċċja proċeduri separati li saħansitra anke involva appell.

L-imħallef Jacqueline Padovani Grima ordnat sabiex fi żmien ġimgħa, il-mara tkun imsejħa sabiex filwaqt li jinqata’ l-każ tagħha, il-proċeduri ta’ Robert Agius jkunu jistgħu ikomplu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend