Żagħżugħ jitlef il-kontroll tal-karozza f’Għawdex – One News

Notifiki

Żagħżugħ jitlef il-kontroll tal-karozza f’Għawdex

Żagħżugħ ta’ 23 sena qed isofri minn ġrieħi ħfief wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa dieħel ġo ħajt fix-Xewkija, Għawdex.

L-inċident seħħ fil-23:30 tas-Sibt filgħaxija fi Triq il-Madonna tal-Ħniena fix-Xewkija. Passiġġiera fil-karozza tat-tip Mazda, kien hemm tfajla Ingliża ta’ 18-il sena li toqgħod Għajnsielem.

Irriżulta li s-sewwieq sofra ġrieħi ħfief, u t-tfajla ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend