Jirritorna d-dar wara sentejn detenzjoni fit-Turkija – One News

Notifiki

Jirritorna d-dar wara sentejn detenzjoni fit-Turkija

Reliġjuż mill-Istati Uniti telaq mit-Turkija wara iktar minn sentejn ta’ detenzjoni b’rabta ma’ każ li affettwa ħażin ir-rabtiet mal-Istati Uniti.

Skont l-avukat tiegħu, Andrew Brunson telaq minn Izmir f’ajruplan militari tal-Istati Uniti lejn il-Ġermanja. X’aktarx iżur il-White House malli jasal fl-Istati Uniti.

Huwa kien ġie arrestat fuq allegazzjoni ta’ rabtiet ma’ gruppi politiċi wara attentat ta’ kolp ta’ stat li falla fl-2016.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend