L-Etna mistenni jċedi- se joħloq konsegwenzi koroh anke fuq Malta – One News

L-Etna mistenni jċedi- se joħloq konsegwenzi koroh anke fuq Malta

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jikkwotaw esperti li qalu li l-vulkan Etna, l-iktar wieħed qrib il-Gżejjer Maltin, qed iċedi u riesaq madwar 3 ċentimetri fis-sena iktar qrib il-baħar.

Jidher li dan kollu ilu jiġi segwit għal dawn l-aħħar snin, u huwa mifhum li dan huwa riżultat tas-saħħa tal-gravità.

Ladarba l-vulkan iċedi, huwa mistenni li l-inħawi tal-Mediterran, inkluż Malta, isofru konsegwenzi koroh fosthom tsunami.

L-esperti ma tawx żmien eżatt għal meta l-Etna mistenni jċedi għal kollox, iżda qalu li dan il-fenomenu kapaċi jsir fi żmien ftit snin jew eluf ta’ snin oħra.

Sadanittant, ix-xjentisti se jkomplu jistudjaw dan kollu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend