Il-Gvern iwieġeb ittra ta’ David Casa – One News

Il-Gvern iwieġeb ittra ta’ David Casa

 

Il-Gvern Malti wieġeb għall-ittra mimlija dikjarazzjonijiet foloz li l-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa bagħat lill-Kummissjoni Ewropea li talabha tinsisti għal inkjesta pubbliku wara li allega li l-istat huwa involut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza.

F’Ittira mibgħuta lill-Viċi President tal-kummissjoni Ewropea Frans timmersmans u l-Kummisarju Vera Jourova, il-Gvern Malta permezz tal-Ministru għal Affarijiet Ewropej Helena Dalli u l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici, saħqu li l-implikazzjoni li membru tal-Gvern Malti huwa responsabbli għall-qtil hija bla bażi.

Il-Gvern ikkundanna b’mod qawwi l-ispirtu li biha nkitbet l-ittra ta’ Casa li għandha l-għan li tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta. Qal li l-ittra kienet instigata minn aġenda partiġġjana.

Il-gvern qal li kien qed jipprotesta għall-allegazzjonijiet gravi li saru, meta wieħed iqis l-isforzi l-awtoritajiet Maltin biex jinvesitigaw b’mod sħiħ dan il-qtil, u li wasslu biex jiġu akkużati tliet persuni bl-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fakkar li fl-investigazzjoni huma involuti bosta aġenzija nazzonali u internazzjonali fosthom il-Europol.

Qal li jekk is-Sur Casa għandu fil-pussess tiegħu xi evidenza li tista’ tgħin fl-investigazzjoni għandu jgħaddiha lill-Maġistrat inkweretni u l-awtoritajiet relevanti.

Dwar it-talba għal inkjesta pubblika, il-Gvern qal li din hija soġġetta għal komunikazzjoni bejn l-avukati tal-familja u l-Avukat Ġenerali.

Saħaq li huwa inkorrett jingħad li Malta oġġezzjonat għall-inkjesta mill-Kunsill tal-Ewropa. Il-Ministru qalu li Malta oġġezzjonat għall-involviment ta’ Pietr Omtzigt li nstab li mmanipula evidenza f’inkjesta mmexxija minnu biex jiġbed l-attenzjoni tal-midja.

Il-Gvern saħaq li t-talba ta’ Casa lill-Kummissjoni Ewropea mhix flokha u hija intiża biss biex tagħtih prominenza b’detrimient tal-proċess ġudizzjarju.

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2018/10/Letter.pdf”]

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend