Eluf evakwati fi Florida minħabba l-uragan Michael – One News

Notifiki

Eluf evakwati fi Florida minħabba l-uragan Michael

L-Uragan Michael, bi rwiefen li jaqbżu l-200 kilometru fis-siegħa, wassal għall-evakwazzjoni ta’ iktar minn 370,000 persuna fi Florida.

Flimkien ma’ Florida, l-istati Alabama u Georgia ddikjaraw stat ta’ emerġenza.

S’issa, ġie rrapurtat li mill-inqas 13-il persuna tilfu ħajjithom fl-Amerka Ċentrali minħabba l-maltemp li ġab dan l-uragan.

L-uragan Michael, klassifikat bħala maltempata ta’ kategorija tlieta, mistenni jkompli jitqawwa tul il-jum, biex eventwalment, jiġi klassifikat bħala maltempata ta’ kategorija erbgħa mal-ħin li jmiss il-kosta Amerikana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend