Urugan qawwi ieħor mistenni jolqot l-Istati Uniti fis-sigħat li ġejjin – One News

Notifiki

Urugan qawwi ieħor mistenni jolqot l-Istati Uniti fis-sigħat li ġejjin

Eluf ta’ nies fit-Trammuntana tal-Istat Amerikan Florida ġew ordnati jħallu darhom hekk kif urugan mistennni jolqot dan l-istat.

L-urugan Michael diġa ħalla ħerba fix-xlokk tal-Messiku u l-Punent ta’ Kuba fejn 13-il persuna sfaw vittma.

L-urugan mistenni jolqot lil Florida l-Erbgħa li ġej b’riħ li jlaħħaq il-160 kilometru fis-siegħa, hu huwa l-iktar wieħed qawwi f’din il-parti tal-istat sa mill-2005.

Il-gvernatur ta’ Florida Rick Scott iddikjara stat ta’ emerġenza f’diversi inħawi u ddiskriva l-urugan bħala wieħed qawwi ħafna. Huwa żied jgħid li għexieren ta’ nies f’żoni kostali qed jiġu evakwati għal żoni iktar siguri.

Il-Pulizija lokali wissew ukoll lin-nies biex ma jibqgħux f’darhom hekk kif dan ikun diffiċli ħafna għas-servizzi ta’ emerġenza sabiex jassistuhom.

Diversi skejjel negozji u dipartimenti tal-gvern se jingħalqu u kumpaniji tal-enerġija waqqfu madwar 20% tal-produzzjoni taż-żejt fil-Gulf tal-Messiku.

Intant viċin pompi tal-petrol qed jiffurmaw diversi kjuwijiet filwaqt li ħafna nies qedgħin jaħżnu diversi affarijiet essenzjali fosthom l-ikel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend