Donald Trump u Kim-Jong Un fost il-favoriti li jingħataw il-Premju Nobel għall-Paċi – One News

Notifiki

Donald Trump u Kim-Jong Un fost il-favoriti li jingħataw il-Premju Nobel għall-Paċi

Il-President Amerikan Donald Trump u l-Mexxej Korean Kim-Jong Un jidher li huma l-favoriti biex jingħataw il-Premju Nobel għall-Paċi din is-sena.

Ir-rebbieħ tal-Premju Mistenni jitħabbar iktar tard illum f’Oslo, in-Norveġja.

Sorsi qrib il-premju taw informazzjoni lill-midja barranija dwar il-kandidati favoriti għall-Premju ta’ din is-sena, u fl-ewwel u t-tieni post hemm il-Mexxej Korean u l-President kontroversjali, rispettivament.

Jidher li r-raġuni ara n-nomina tagħhom huwa l-fatt li f’Ġunju li għadda pparteċipaw f’diskussjonijiet ta’ paċi flimkien.

Jidher ukoll li għandhom iktar ċans li jirbħu dan il-Premju mill-Papa Franġisku, li jinsab fis-sitt post fil-lista ta’ kandidati ‘favoriti’ għal dan il-Premju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend