Anzjan ta’ 74 sena ikkundannat il-ħabs wara li abbuża sesswalment lil tifel ta’ 10 snin – One News

Notifiki

Anzjan ta’ 74 sena ikkundannat il-ħabs wara li abbuża sesswalment lil tifel ta’ 10 snin

Anzjan ta’ 74 sena ingħata sentenza ta’ 10 snin ħabs wara li nstab ħati li abbuża sesswalment lil tifel ta’ 13-il sena li kien qed fdat fil-kustodja tiegħu. Dan il-każ seħħ fl-1 ta’ Settembru li għadda. 

L-akkużat, Michael Charles Muscat, kien akkużat ukoll li pproduċa materjal indiċenti u qasmu ma’ persuna li għadha taħt l-età. Jidher li Muscat kien instab ħati ta’ reati simili fil-passat.

Il-Qorti qalet li m’hemm ebda skuża għal każ bħal dan, fejn l-innoċenza ta’ minuri tiġi sfreġjata minn min kien fdat bit-trobbija.

Minbarra li kkundannatu għal 10 snin ħabs, il-Qorti ordnat ukoll li isem l-akkużat jitniżżel fir-reġistru tal-pedofeli u jingħata għajnuna psikoloġika, u li jkunu konfiskati t-tpinġijiet ‘xejn artistiċi’ li ġew ippreżentati bħala provi.

Il-vittma tpoġġa taħt ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin. Il-Qorti ordnat biex ismu ma jixxandarx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend