Laboratorju ġdid tat-teknoloġija – Investiment ta’ €250,000 – One News

Notifiki

Laboratorju ġdid tat-teknoloġija – Investiment ta’ €250,000

B’investiment ta’ 250,000 ewro għal investiment f’teknoloġija ġodda, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri inawgura laboratorju ġdid ġewwa l-MITA.

Dan bil-għan li jospita numru ta’ ħaddiema tal-Gvern u start ups fit-taħriġ tagħhom. Fid-diskors tiegħu Silvio Schembri qal li l-laboratorju ħa joffri kemm lezzjonijiet biex jiżdied l-għarfien fuq dawn it-teknoloġiji kif ukoll aktar ħsieb kreattiv sabiex jiġu żvillupati aktar ideat relatati ma’ teknoloġiji ġodda fosthom dawk tar-realta virtwali.

Attivitajiet oħra ħa jkunu relatati mal-qasam tal-blockchain, intelligenza artifiċjali u 3D printing.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend