Attent jekk tfittex fuq Kardashian – One News

Attent jekk tfittex fuq Kardashian

Studju li sar fl-Ingilterra juri li Kim Kardashian hija l-iktar ċelebrità perikoluża biex tfittex fuqha, minħabba li ħafna mis-siti li jirrappurtaw dwarha ikollhom konnessjoni ma’ siti malizzjużi li jagħmlu l-ħsara lill-utent jew lill-kompjuter.

Ikkonfermat dan ukoll id-ditta diġitali McAffee.

Kardashian kienet segwita mill-mudella Naomi Campbell, u oħtha, Kourney Kardashian. Fost l-iktar ħames ċelebritajiet ‘perikolużi’ hemm ukoll il-kantant tant maħbuba Adele.

Kelliem għal McAffee qal li r-raġuni għalfejn siti malizzjużi jużaw iċ-ċelebritajiet għall-iskopijiet tagħhom huwa għax diversi persuni jfittxu fuqhom biex ikunu bħalhom. B’hekk, siti malizzjużi jolqtu iktar persuni.

Id-ditta għalhekk twissi biex kull utent jassigura li għandu programm tajjeb u aġġornat tal-antivirus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend