“Il-ħidma tal-Forzi tal-Ordni fil-Marsa bdiet tħalli l-frott” – One News

Notifiki

“Il-ħidma tal-Forzi tal-Ordni fil-Marsa bdiet tħalli l-frott”

Is-sitwazzjoni dwar l-immigranti fil-Marsa jidher li qegħda taħt kontroll bis-saħħa ta’ ħidma sfieqa li qegħdin iwettqu l-forzi tal-ordni.  Innota dan is-Sindku tal-Marsa s-Sur Frans Debono, wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat appella biex tissaħħaħ is-sigurtà permezz ta’ preżenza akbar ta’ Pulizija.

Is-Sindku tal-Marsa nnota tnaqqis fin-nies jitlajjaw għax-xogħol wara bosta spezzjonijiet mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni kull filgħodu fil-Marsa. Huwa qal kif is-sitwazzjoni qegħda f’ċirkostanza li l-Poplu Marsi kienu ilu jixtieqa, u li jispera li dawn il-kontrolli jibqgħu jsiru sakemm tiġi stabbilita l-lokalità, u ma jfissirx li la darba tiġi stabbli, ma jibqgħux isiru l-kontrolli.Kien fil-bidu tas-sajf li l-Kunsill tal-Marsa għadda żewġ ‘By – Laws’ biex jinqata’ x-xorb alkoħoliku fit-toroq u anke l-itlajjar fit-toroq Marsin. Qal li permezz ta’ dawn il-liġijiet lokali, il-kunsill ta għodda lill-Pulizija sabiex tħares aħjar in-nuqqasijiet fil-lokalità tal-Marsa, nuqqasijiet li  kibru matul is-snin u li kienu eskalaw fl-aħħar xhur.

Dwar l-ittlajar fit-toroq b’mod partikolari għax-xogħol, xi ħaġa li kienet saret komuni fl-inħawi ta’ Triq Aldo Moro, is-Sur Debono wissa li hemm multi għal dawk li jinqabdu jiġbru n-nies għax-xogħol. Qal li kemm il-Kunsill u kemm il-forzi tal-ordni se ikollhom id iebsa ma’ min jinqabad, huwa tajjeb ferm li nibagħtu appell biex ma jibqawx jiġu hawn u jiġbru n-nies għax-xogħol kemm għal prostituzzjoni u għal kwalunkwe xogħol”.

Dwar l-immigranti li kienu qed jorqdu barra, is-Sur Debono appellalhom biex ifittxu l-għajnuna ta’ għaqdiet mhux governattivi li permezz ta’ għajnuna mill-Gvern jistgħu joffrulhom saqaf fuq rashom.  “Dan jidher li qed jiġi kkontrollat mill-Forzi tal-Ordni, nappellawlhom biex ikomplu jagħmlu hekk u min għandu problema ta’ fejn jorqod imur għand NGO” sostna Farrugia.

Dwar l-immigranti ġejjin mill-Italja qal li dawn m’għandhomx jedd jaħdmu f’pajjiżna. Spjega li ħafna minnhom ma jkollomx indirizz fiss ta’ residenza u apella li din l-affari jeħtieġ li tiġi ndirizzata mill-Pulizija u d-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fejn qal li dan ma hiex faċli hekk kif nagħmlu parti miż-żona Schengen.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li l-Pulizija qed tindirizza din il-problema permezz tal-Uffiċjali mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni. Qal li minkejja li dawk li għandhom residenza Taljana jistgħu jiġu f’pajjiżna, ma jistgħux jaħdmu u jistgħu jdumu biss tliet xhur. “Allura qegħdin naraw kemm ilhom f’pajjiżna u jekk qabżu t-tlett xhur li kienu f’pajjiżna allura ngħidulom biex jitilqu lura minn fejn ġew ħalli jkunu qed josservaw il-liġi bħal kull persuna oħra mill-Unjoni Ewropea” temm jgħid Farrugia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend