Notifiki

Merħba mill-akbar għall-istudenti tal-‘Happy School’

Hekk kif ġew fi tmiemhom il-vaganzi tas-sajf, l-istudenti li jattendu l-iskola primarja tal-Happy School fir-Rabat Għawdex ingħataw merħba mill-akbar mis-surmast ħabrieki is-Sur Lelio Spiteri flimkien mal-għalliema kollha.Fuq filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ Facebook tas-Sur Spiteri jidhru t-tfal kollha fuq ix-xwiek għal sena skolastika oħra. Is-Sur Spiteri avża li dan hu biss il-bidu ta’ sena mill-isbaħ mimlija sorpriżi.

One News tkellem ma’ omm student li jattendi f’din l-iskola fejn spjegat li t-tifel tagħha ta’ kuljum iqum eċitat għall-iskola mhux biss biex jiltaqa’ ma sħabu iżda wkoll biex jara x’sorpriża hemm ippreparat għalihom mis-Surmast.

“Qatt ma rajt lit-tifel daqsekk eċitat u fuq ix-xwiek biex jibda sena skolastika oħra”

Hi kompliet billi ddeskriviet lis-surmast bħala persuna li taf tinżel għal-livell tal-istudenti u li kull għalliem għandu jkun bħalu.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, is-Sur Spiteri xeħet żewġ kartolini mibgħuta lilu minn eks studenti fejn wieħed minnhom stqarr li qatt m’hu se jinsa dak li għamel miegħu s-Sur Spiteri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend