Notifiki

Ikaxkar mara mal-art biex jisraqha

Mara ta’ 56 sena sofriet minn ġrieħi ħfief wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-06:30 sfat attakkata minn raġel u ħatfilha xi oġġetti minn idha.  Jidher li waqt li kienet miexja fuq il-bankina raġel ta’ karnaġġjon skur prova jaħtfilha l-brazzuletta minn idha bil-konsegwenza li tilfet il-bilanċ u waqgħet mal-art. Apparti l-waqa’ l-mara sfat imkaxkra mal-art mill-aggressur.  Fuq il-post mar team mediku madankollu hija rrifjutat l-assistenza medika.

Aktar stħarriġ għadu għaddej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend