Uħud mill-akbar kumpaniji diġitali tad-dinja jinsabu f’pajjiżna – One News

Notifiki

Uħud mill-akbar kumpaniji diġitali tad-dinja jinsabu f’pajjiżna

Wara xhur ta’ stennija bdiet titlaqqa’ f’Malta l-konferenza ‘Trojan Horse was a Unicorn’, bil-parteċipazzjoni ta’ elf u mitejn delegat minn madwar id-dinja li jaħdmu fl-industrija diġitali.

B’diversi preżentazzjonijiet minn kelliema meqjusa bħala l-krema tad-dinja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ logħob diġitali. Fost ir-rappreżentanti tad-diversi kumpaniji li hawn f’pajjżna hemm dawk ta’ Netflix, Walt Disney, Ubisoft u Lego.

Matul l-aħħar jumejn dawn il-kumpaniji kienu qed jagħmlu għadd ta’ intervisti f’Dar il-Meditteran għall-Konferenzi bil-għan li jingaġġaw iżjed nies fis-settur tal-logħob diġitali.

Waħda mid-Diretturi ta’ Lego, Sanne Kristine tkellmet dwar l-ewwel esperjenza ta’ din il-kumpanija ta’ fama dinjija. Hija qalet kif minkejja li hi l-ewwel darba tal-kumpanija f’din il-konferenza, huma jinsabu inspirati minn dawn it-tip ta’ festivals kreativi u kif ukoll qed iġibu talenti differenti flimkien ma’ dawk li jirreklutaw.

Fost il-kumpaniji ewlenin li hawn f’pajjiżna hemm rappreżentanti ta’ software UBISOFT fosthom Dania Al Dabal li qalet: “actually we are very impressed how it is organised we have met a lot of people coming from europe from america australia we have met a lot of people and its impressive to meet a lot of people under one place”

Minkejja li l-kumpaniji huma kollha barranin – hemm waħda bbażata f’pajjiżna YGGDRASIL.
Id-direttur Maniġerjali ta’ din il-Kumpanija, Amerikan ta’ dixxindenza Maltija jgħid x’wassal biex għażlu lil Malta bħala ċ-ċentru tal-operat tagħhom:

“Malta is our main centre for our company we have two other studios, one sweden and in Poland but they are smaller. We have the main one in Malta for developing games because we can bring talent in malta apart from local talent, and the government is helping a lot bringing the visas we need for people”

Il-Konferenza ‘Trojan Horse was a Unicorn’ se tibqa’ għaddejja sas-Sibt li ġej u bejn l-Erbgħa u l-Ġimgħa ser issiru għadd ta’ laqgħat kemm formali u anke informali għal dawn id-delegati. Is-Sur Ivan Filletti minn Gaming Malta qal li dan l-avveniment huwa wieħed importanti għaliex jgħaqqad l-edukazzjoni f’din l-industrija u ġew kommunita minn barra sabiex jgħallmu, allura nkomplu nsaħħu lil Malta bħala ‘The Home of Gaming Excellence’.

Is-Sur Anthony David Gatt minn Malta Enterprise qal kif għal dan il-għan ġew f’pajjiżna tlieta u sittin kelliem li ser ikunu qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fid-dinja diġitali ma’ dawn l-istudenti, ħaddiema u oħrajn li qed jippruvaw jimirħu f’din l-industrija. Huwa ddeskriva dan l-avveniment bħala manifestazzjoni qawwija  tal-kreattivita diġitali taż-żagħżagħ minn madwar id-dinja li jaħdmu fl-industrija tal-films.

Intant, fl-Università Amerikana f’Bormla għadd ta’ delegati fost l-1,200 li hawn f’pajjiżna ltaqgħu għal ħin rikreattiv qabel ma’ l-għada jibdew il-laqgħat formali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend