Notifiki

Sena mill-mewt ta’ Dun Ġorġ Grima

Bħal-lum sena ħalla lil din id-dinja ħabta u sabta l-missjunarju Għawdxi Dun Ġorġ Grima.

Dun Ġorġ kien qassis maħbub minn ħafna dan għaliex hu dejjem ħadem għall-min hu anqas ixxurtjat.

L-qadi tiegħu bħala missjunarju ra l-bidu tiegħu fl-1977 fejn kien mibgħut biex iservi fil-Brażil eżatt wara li ġie ordnat bħala saċerdot. Kien wara din l-esperjenza li Dun Ġorġ beda jdur artijiet differenti tal-missjoni. Tul il-missjoni tiegħu Dun Ġorġ ħa ħsieb ukoll tfal morda bl-AIDS.

Dun Ġorġ Grima jibqa’ imfakkar għall-għaqda Moviment Missjunarju Ġesu fil-Proxxmu li hu tagħha l-fundatur fejn tul il-missjoni tiegħu bil-għajnuna tal-Poplu Malti u Għawdxi fetaħ djar fil-Brażil, Etjopja u Kenja

Kienu ħafna li fuq il-paġna ta’ Facebook sellmu l-memorja ta’ dan is-saċerdot twajjeb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend