ARA: Jipproponilha fil-Palazz wara l-Malta Military Tattoo – One News

Notifiki

ARA: Jipproponilha fil-Palazz wara l-Malta Military Tattoo

Il-ħolma ta’ kull tfajla li l-maħbub tagħha jipproponilha f’palazz saret realtà għal Jalisse Mallia, hekk kif l-għarus tagħha, li huwa suldat mal-Forzi Armati ta’ Malta, ipproponilha għaż-żwieġ fil-Palazz tal-Belt Valletta hekk kif intemmet l-edizzjoni li għaddiet tal-Malta Military Tattoo.

Akkumpanjat minn sħabu tal-AFM, is-suldat George Attard ingħata r-risporta li kien qed jistenna….l-iva.

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri lit-tfajla tiġi skortata minn kollega tas-sieħeb tagħha fil-Palazz tal-President. Hemmhekk sabet lill-kollegi ta’ Attard f’linja perfetta daqs li kiku se jingħata xi salut.

Fil-pront, Attard jidher miexi lejn it-tfajla, u hemmhekk staqsiha biex tkun martu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend