Notifiki

Malti ta’ 29 sena jħalli kollox biex imur missjunarju fil-Guatemala

Ta’ 29 sena, għadu kemm ħalla lil Malta biex iservi ta’ missjunarju fil-Guatemala għal perjodu indefinit.

Dun Mario Curmi spjegalna li minn mindu kien għadu żgħir, dejjem ħass il-vokazzjoni li jgħin lil ħaddieħor u kien għalhekk li għażel li jkompli fit-triq tas-saċerdozju u eventwalment isir missjunarju.Fl-Ajruport ta’ Malta fi triqtu lejn l-Amerka Ċentrali, Dun Mario qasam magħna x’kien dak li ġiegħlu jħalli Malta, lill-familja u lill-ħbieb biex imur iservi ta’ missjunarju fil-Guatemala.

Spjegalna li għalkemm din kienet deċiżjoni kemxejn iebsa, ma jaqtax qalbu għax fl-aħħar mill-aħħar sejjer biex jgħin u jferraħ lil min hu anqas ixxurtjat.

Lura mill-Pellegrenaġġ Djoċesan fl-Art Imqaddsa, l-isqof ta’ Għawdex Mario Grech iddeskriva lil Dun Mario bħala żagħżugħ ħabrieki, li fil-passat serva għal xi snin f’parroċċa fi Spanja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend