Il-Gvern jemmen fir-Reġjuni tagħna – One News

Notifiki

Il-Gvern jemmen fir-Reġjuni tagħna

Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet attenda għal konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Malta International Folk Festival li se jsir bejn is-27 u t-30 ta’ Settembru. Dan il-festival, organizzat mir-Reġjun Tramuntana, ġie ffinanzjat mill-fond għall-pjani reġjonali ekonomiċi, soċjali u kulturali. Dan il-festival attira 7 parteċipanti internazzjonali u se jieħu sehem ukoll 11-il grupp minn madwar Malta u Għawdex li jinkludu wkoll għaqdiet tal-baned.

Silvio Parnis sostna li fir-Riforma li se ssir fil-Gvern Lokali hemm fuq quddiem ir-Reġjuni, li se jkollhom rwoli definiti u aktar responsabbiltajiet, kif ukoll ir-riżorsi meħtieġa sabiex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom. Fost il-proposti ewlenin f’dak li għandu x’jaqsam mar-Reġjuni hemm li dawn minn 5 iridu jiżdiedu għal 6, li jrid ikun hemm mod ġdid kif jinħatar President tar-Reġjun, li l-kuntratt tal-ġbir tal-iskart isir fuq bażi Reġjonali, li r-Reġjuni jingħataw aktar responsabbiltajiet fosthom dwar materji soċjali, u li l-Kumitati Reġjonali għandu jkollhom allokazzjoni finanzjarja diretta lilhom biex b’hekk ikun hemm Kumitati Reġjonali aktar awtorevoli u b’saħħithom.

Is-Segretarju Parlamentari għalaq billi awgura lir-Reġjun Tramuntana kull suċċess għal din l-attività li se sservi bħala attrazzjoni kemm turistika kif ukoll lokali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend