Żewġ ġuvintur ta’ nazzjonalità barranija tressqu il-Qorti akkużati li qalu kliem offensiv lejn membri tal-Korp tal-Pulizija u għamlu ħafna storbju li kisru l-paċi pubblika.
L-akkużati Eric Arata ta’ 21 sena minn Texas u Fernando Armendariz Fernandez ta’ 21 sena mill-Messiku.Huma wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom.
Il-każ seħħ ilbieraħ f’San Ġiljan, hekk kif iż-żewġ akkużati jinsabu f’Malta fuq btala wara li ġew flimkien ma’ familthom biex jattendu għal tieġ ta’ ħabib Messikan.
Il-Qorti semgħet kif huma kkoperaw mal-Pulizija u kif l-akkużati għandhom kondotta nadifa.
Kien għalekk li l-Qorti ppreseduta mill-Magistrat Josette Demicoli tat il-libertà kkundizzjonata għal sena u ngħataw multa ta’ €800.