Notifiki

Jiġbdu ajruplan ta’ 60 tunnellata b’risq Puttinu Cares

Bit-temp jippermetti ftit tal-minuti oħra fis-sit tal-avjazzjoni f’Ħal Safi ser tibda r-raba’ edizzjoni tal-attivita ‘Plane Pull’.Din hija attività organizzata mill-kumpanija DHL, bil-flus kollha miġbura jmorru għal Puttinu Cares. Fuq il-post bdew jaslu gruppi minn kumpaniji differenti li ser jiġbdu l-ajruplan ta’ tip Boeing 757 Freighter ta’ 60 tunnellata.

Il-voluntiera avżaw li min jixtieq jgħaqqad grupp ta’ bejn 20 u 25 biex jiġbed l-ajruplan baqalu ċans sal-erbgħa tal-lejla. Avżaw ukoll biex kulħadd jieħu l-karta tal-identità miegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend