Delia jgħid lin-Nazzjonalisti biex jittamaw li jgħaqqad il-partit – One News

Notifiki

Delia jgħid lin-Nazzjonalisti biex jittamaw li jgħaqqad il-partit

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia talab lin-Nazzjonalisti biex jittamaw li jgħaqqad il-partit. F’diskors twil quddiem waħda mill-iżgħar folol fuq il-fosos tal-Furjana f’lejlet l-Indipendenza għal ħafna snin, Delia tefa’ iktar minn battuta waħda dwar l-inwkiet fil-PN. “Jekk irridu niġġieldu ma niġġieldux bejnietna,” qal Delia fi tmiem diskors mimli attakki ħorox kontra l-Gvern preżenti, li insista kull ma sar tajjeb fil-pajjiż għamluh in-Nazzjonalisti.

Saħansitra Delia llejla qal li l-Gvern preżenti ma nvestiex lira waħda f’investiment kapitali. F’diskors li ffoka fuq l-imgħoddi, Adrian Delia qal li Gvern Laburista ma jinvesti xejn, u skont hu, l-investiment kollu li jgawdi minnu l-pajjiż għamluh biss Gvernijiet Nazzjonalisti.

F’diskors diviżiv għall-aħħar, Delia tenna li Jum l-Indipendenza trid tkun festa Nazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend