Notifiki

Żagħżugħ ġabar 19-il kelb u qattus abbandunati f’daru

Ackerly Pace, żagħżugħ ta’ 19 -il sena jżomm fid-dar miegħu 19-il kelb u qattus.

ONE NEWS tkellem maż-żgħażugħ fejn stqarr magħna li hu tant iħobb dawn il-kreaturi u tant huma sbieħ li ma ħaqqhomx jiġu abbandunati fit-toroq b’dan il-mod.

Pace żied jgħid li m’ilux ġabar kelb mit-triq fejn ġie abbandunat għax kellu bżonn operazzjoni.

Iż-żagħżugħ qalilna li hu ma jaċċetta bl-ebda mod li dawn il-ħlejjaq jiġu abbandunati u għalhekk hu jispiċċa jagħmel sagrifiċju u jżommhom miegħu fid-dar.

Spiċċa billi għamel appell lill-poplu biex ma’ jabbandunawx annimali fit-toroq għax dawn ħlief imħabba ma jagħtuniex.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend