Jisparixxi ajruplan fuq is-Sirja – One News

Notifiki

Jisparixxi ajruplan fuq is-Sirja

Il-Ministeru Russu għad-Difiża qal li ajruplan militari Russu b’14-il persuna abbord sparixxa minn fuq ir-radar wara li kien għaddej minn fuq is-Sirja.

Il-kuntatt intilef għall-ħabta tal-23:00 tat-Tnejn filgħaxija ħin tal-post.Ir-Russja bdiet attakki militari fis-Sirja fl-2015 wara talba mill-President Bashar al-Assad, li żamm il-poter minkejja seba snin ta’ gwerra ċivili.

Il-kunflitt s’issa qatel iktar minn tlett mija u ħamsin elf persuna.

L-inċident qed ikun irrappurtat li seħħ madwar ħamsa u tletin kilometru mill-kosta Sirjana, hekk kif l-ajruplan kien qed jirritorna lejn il-bażi Russa viċin Latakia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend