Il-Malta Youth Triathlon Academy-MYTA b’ taħriġ fl-iSlovenja – One News

Notifiki

Il-Malta Youth Triathlon Academy-MYTA b’ taħriġ fl-iSlovenja

Fil-ġranet li għaddew, il-Malta Youth Triathlon Academy – MYTA wettqet training camp internazzjonali għall-atleti żgħar tagħha fl-iSlovenja. Dan il-programm ta’ taħriġ seħħ bejn l-1 u l-10 ta’ Settembru u kien ibbażat fir-reġjun ta’ Kranjska Gora. B’ kollox, 26 triatleti żgħar ta’ bejn is-6 u 16 -ul sena ħadu sehem, b’ taħriġ u superviżjoni tal-4 kowċis tal-MYTA u b’ koordinament tal-President ta’ Triathlon Malta.

Il-programm kien jikkonsisti f’ 27 siegħa ta’ taħriġ imqassam fuq 9 t’ ijiem. Barra mit-3 dixxiplini tal-għum, iċ-ċikliżmu u l-ġiri, l-atleti kellhom sezzjonijiet ta’ ‘strength & conditioning’ kif ukoll drabi oħra fejn qaddfu bil-kenura, mixi, u qdif fuq ix-xmara. Matul dan it-taħriġm l-atleti kellhom xenarji u esperjenzi differenti minn dak li mdorrijin bihom is-soltu, bħala ġiri fil-għoli, għum fl-ilma tal-lagi u xmajjar u qdif bil-mountain bikes. Dan kollu bl-iskop li jħejji li atleti għal dak li jħabtu wiċċhom miegħu meta ‘il quddiem jikkompetu barra minn xtutna.

Barra mill-kontinġent tal-atleti u l-kowċis, il-ġenituri tal-atleti wkoll ħadu sehem. Il-programm soċjali matul id-9 t’ ijiem kien jikkonsisti fi’ żjajjar fl-aktar postijiet attrajenti tal-pajjiż, fosthom Bled, Bohinj, il-muntanji Ġuljani, l-għerien ta’ Postojna u l-belt kapitali ta’ Ljubljana. Dan bil-ħsieb li l-kontinġent kollu jiskopri l-ambjent natural u kulturali tal-pajjiż li żar.

Il-koordinatur tat-taħriġ, Cyprian Dalli, kien ferm sodisfatt fi’ tmiem il-programm u stqarr li ‘kien hemm ħafna ppjanar u diskuzzjoni biex jiġi organizzat training camp ta dan it-tip, imma fl-aħħar irnexxilna nilħqu l-għanijiet kollha tagħna. Dan grazzi għas-sapport ta’ Sport Malta u l-European Triathlon Union li huma partners tagħna f’ dan il-proġett tal-akkademja. Hija xi’ ħaġa speċjali tara lil dawn it-tfal u żgħażagħ tant entużjasti biex itejbu il-ħiliet fl-isport tat-triathlon u fl-istess ħin isiru aktar ħbieb u ta’ għajnuna ma’ xulxin’.

Il-kowċis tal-MYTA ukoll kienu sodisfatti bl-andament tat-taħriġ. Maria Mizzi, (Level 2 Triathlon Coach) qalet li ‘ dan it-taħriġ kien esperjenza unika għall-atleti li ttrenjaw darbtejn kuljum. Il-post kien perfett u sigur b’ ħafna arja friski tal-muntanji!’. Barry Farrugia (Leve 2 Triathlon Coach) semma wkoll li ‘ barra mill-aspett tal-benefiċċji fiżiċi, l-esperjenza serviet ukoll sabiex aħna l-kowċis u l-atleti insiru nafu aktar lil xulxin peress li agħmilna 9 t’ ijiem ngħixu flimkien’.

L-akkademja tal-MYTA ilha topera mill-2013 u hija kkoordinata mil-Malta Triathlon Federation bis-sapport ta’ SportMalta u l-European Triathlon Union. Attwalment għandha mal-50 triatleti ta’ bejn 6 u 16 -il sena li jittħarġu matul is-sena kollha. Tfal u adolexxenti li huma mħajjrin jistgħu jibgħatu email fuq [email protected] biex jirreġistraw. Jiġu offruti anke sezzjonijiet b’ xejn bħala prova.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend