“Miet f’idejja, għalaqtlu għajnejh, u tlabtu skuża” – One News

Notifiki

“Miet f’idejja, għalaqtlu għajnejh, u tlabtu skuża”

Membru Parlamentari Ingliż li pprova jsalva lill-Pulizija Keith Palmer waqt l-attakk terroristiku f’Westminster is-sena li għaddiet spjega kif kien hu li għalaq għajnejn il-vittma wara li miet f’idejh. Il-Pulizija Keith Palmer miet wara li qala’ daqqa ta’ arma li taqta’ u bil-ponta mill-aggressur Khalid Masood barra l-Parlament Ingliż f’attakk li wettaq fil-25 ta’ Marzu 2017.Viżibilment emozzjonat fil-Qorti, il-Membru Parlamentari Tobias Ellwood qal li hekk kif il-Pulizija ħa l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu, Ellwood għalaqlu għajnejh u ħass li kellu jiskuża ruħu miegħu:

“Miet f’idejja, għalaqtlu għajnejh, u tlabtu skuża”, saħaq Ellwood.

Fl-attakk tilfu ħajjithom ukoll Kurt Cochran ta’ 54 sena, Leslie Rhodes ta’ 75 sena, Aysha Frade ta’ 44 sena, u Andrea Cristea ta’ 31 sena.

L-aggressur inqatel mill-Pulizija hekk kif wasslu fuq il-post wara l-attakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *