L-ewwel waħda ta’ Delia – One News

Notifiki

L-ewwel waħda ta’ Delia

Fis-16 ta’ Settembru, l-Avukat Adrian Delia ntgħażel mit-tesserati biex imexxi l-Partit Nazzjonalista.  Wiegħed li mill-għada l-Partit Nazzjonalista kellu jerġa’ jibda jitkellem b’leħen wieħed. Però l-firda, id-dwejjaq, il-battibekki ta’ qabel Delia nħatar kap, baqgħu hemm.

Għal ġimgħat sħaħ Adrian Delia sabha diffiċli li jkun hemm min kien elett bil-by election li  jċedilu siġġu fil-Parlament biex lejlet li kien se jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Parlament kellu jċedi Jean Pierre Debono.  Minkejja li kien diġà ddikjara li mhux se jagħmel dan meta din il-gazzetta żvelat x’kien se jiġri.

Iżda, dik li setgħet dehret bħala waħda mill-ikbar sfidi li kellu l-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid spiċċat fost l-iżgħar.

Delia affaċċja kritika, riżenji u saħansitra partit maqsum f’mumenti importanti. Firda li daqqa rajnieha sseħħ għal raġuni u daqqa għal oħra

Però kontrih Adrian Delia sab ukoll lilu nnifsu.

Il-fatt li sa minn qabel l-elezzjoni għall-Kap kien diġà beda jaħbi… saħansitra lill-istess partit li ried imexxi.

Tant li Kumitat ta’ Etika mmexxi mill-Eks Ministru Louis Galea tefa’ dubji kbar dwar l-integrità tiegħu.

L-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, wasal biex qal li Delia ma kellux jikkontesta għall-Kap u dan Busuttil għamlu bl-appoġġ tal-Kunsill Amministrattiv.

Delia ma rtirax. Iżda, id-dubji li qajmet dwaru Daphne Caruana Galizia f’sajf tikteb fuqu ma kienu ċċarati qatt.

Fost l-iktar kwistjonijiet li ddominaw l-ewwel 12–il xahar ta’ Delia fit-tmun kien hemm it-taxxa. B’dan il-każ spiċċa biex tilef iktar nies mill-Partit Nazzjonalista.

Il-Kirurgu Kevin Cassar, ħaten l-Eks Viċi Kap Beppe Fenech Adami, qallu li ma jistax ikun fdat. Fuq Facebook kiteb: “Daphne Caruana Galizia kellha raġun.”

Ftit wara Cassar, li kien kandidat għall-elezzjoni ġenerali, irtira s-sħubija tiegħu mill-Partit Nazzjonalista.

Adrian Delia dam sa Mejju 2018 biex ħallas it-taxxa dovuta minnu. Total ta’ €130,000. Kważi tliet darbiet is-salarju ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u baqa’ qatt ma spjega fid-dettall minn fejn kiseb dawn il-flus.

Fuq kollox, Delia ma serviex ta’ eżempju.

Sensiela ta’ riżenji

Iżda, dik ta’ Kevin Cassar ma kinetx l-unika riżenja li affaċċja Delia. Minn Kunsilli Lokali affaċċja riżenja wara oħra.

David Thake rriżenja minn Viċi Sindku ta’ San Pawl il-Baħar.

Irriżenjaw ukoll kunsillieri mill-istess lokalità bħal Reuben Piscopo u Joseph Vella.

Sinifikattiva wkoll ir-riżenja ta’ Charlot Cassar. Wieħed mill-iktar kunsillieri attivi fil-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil u kandidat għall-elezzjoni ġenerali.

Delia spiċċa wkoll l-iktar kap ta’ partit li kellu voti kontra tiegħu fil-Parlament. Konxju mill-qasma interna u l-fatt li ma setax iwassal lill-grupp parlamentari flimkien, Delia għażel il-free vote dwar diversi temi.

Għalkemm, fl-ewwel kwistjoni morali li affaċċja dan il-free vote ma tahx. Għax dakinhar kien qed iressaq l-ewwel inizjattiva  tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni. B’mozzjoni, Delia ried ineħħi 100 siegħa leave lil dawk li jagħmlu IVF barra minn Malta.

Iżda, Delia ma riedx jaf. Anke jekk kien imwissi min-nies tiegħu stess. Bħad-Deputat Therese Comodini Cachia li qaltlu sa minn kmieni li dak li kien qed jipproponi ma kienx aċċettabbli.

Eventwalment, disgħa deputati tal-Oppożizzjoni ma vvutawx miegħu.  Iżda, din ma kienetx okkażjoni unika.

Adrian Delia kellu l-gazz jivvota wkoll kontra l-liġi tal-vjolenza domestika.

Hemm sab nies mill-grupp parlamentari tiegħu jgħidu le.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend