Raġel jindarab gravi fuq karozza tal-linja f’San Ġiljan – One News

Notifiki

Raġel jindarab gravi fuq karozza tal-linja f’San Ġiljan

Raġel indarab gravi waqt li kien fuq karozza tal-linja f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan.

Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 64 sena, li jirrisjedi San Ġiljan, sofra xi ġrieħi meta waqa’ waqt li kien fuq tal-linja.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għ adhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend