Ara: Tfal b’ċans kreattiv waqt SkolaSajf – One News

Ara: Tfal b’ċans kreattiv waqt SkolaSajf

Dħalna fil-klassi u sibnihom medhija jaħdmu fuq kunċett ta’ camera – min iqasqas, min iwaħħal biċċa m’oħra, min ħaġa u min oħra.

Fiċ-Ċentru ta’ Skola Sajf f’Ħ’Attard iltqajna ma’ Daniel Zarb, student Universitarju li f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, bħala parti mill-istudji tiegħu ddeċieda li jgħallem il-bażi tad-disinn u t-teknoloġija lil din il-klassi.

Id-disinn u t-teknoloġija huwa suġġett li daħal fl-iskejjel sekondarji, imma Daniel jemmen li dan jista’ joffri benefiċċji lil tfal ta’ etajiet iżgħar.Dan għax jemmen li jgħinhom jiżviluppaw il-kreattività, jifhmu diskors tekniku u jiżviluppaw l-abbiltajiet li jużaw l-għodod “u wkoll bhala motor neuron skills: kif juzaw l-imqass, ċertu għodod, importanti biex il-ikunu kreattivi fil-prattika, mhux ikollhom dik l-idea f’moħħhom u jkunu ffrustrati ghax ma jistghux joħorġuha gġax ma jafux jimmanipulaw”

Is-Sur Zarb spjegalna li hu jgħallimhom il-prinċipji u tagħrif bażiku, biex imbagħad ikunu huma stess li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.

Fl-aħħar mill-aħħar, it-tfal stess dehru entużjasti u kuntenti ferm li kienu parti attiva minn dan il-proċess ta’ tagħlim. Proċess li fih tgħallmu ħafna, u ħolqu bosta proġetti. Spjegawlna iżjed Julienne, Michela, u George.

SkolaSajf għal dawn it-tfal ta’ bejn id-disa’ u għaxar snin għallimthom ħafna, u l-entużjażmu u tbissima fuq wiċċhom kienet tixhed is-suċċess tal-kisbiet li kisbu flimkien. B’għodod li se jġorru magħhom għal ħajjithom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend