L-MFSA b’rivoluzzjoni biex tkun iktar effiċjenti – One News

L-MFSA b’rivoluzzjoni biex tkun iktar effiċjenti

Filwaqt li wera fiduċja sħiħa fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Awtorità għaddejja minn bidliet kbar bil-għan li tkun aktar effiċjenti u jkun hemm superviżjoni aħjar, bis-servizzi kollha disponibbli fuq l-internet.

Muscat qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara attività li kellu fil-Gżira.

“Waħda mill-pressjonijiet kbar li jkun hemm huwa li l-business processes tal-MFSA għadhom paper-based sal-lum il-ġurnata ftit li xejn hemm processors li huma IT-based. Bħalissa li qed isir hija stima – diġa saret u hemm tenders li qed joħorġu, biex il-proċessi kollha tal-MFSA imorru online-based”.

Dwar il-preżenza tal-forzi tal-ordni fil-Marsa u l-Ħamrun, il-Prim Ministru qal li l-awtoritajiet għaddejjin b’ħidma biex il-preżenza qawwija li diġà teżisti fit-toroq ta’ dawn il-lokalitajiet, tkun aktar permanenti.

Madanakollu appella biex ma jsirux argumenti razzisti, u tenna li l-infurzar tal-liġi jrid isir irrispettivament min-nazzjonalità tal-persuna. Fl-istess waqt stqarr li ma jistenniex li l-Gvern jiġi akkużat li qed ikun razzist meta jittieħdu azzjonijiet biex jitħarsu r-residenti f’dawn il-lokalitajiet.

“Minbarra li żdiedet il-preżenza tal-Pulizija u tal-forzi tal-ordni f’dawk l-inħawi, qegħdin naraw kif din tista’ ssir permanenti u mhux sporadika jew xi ħaġa tal-mument.”

Dwar il-pubblikazzjoni tal-inkjesta Egrant, Muscat tenna l-impenn tiegħu li jippubblika iżda stqarr li ladarba nfetħet kawża mill-Kap tal-Oppożizzjoni, ir-rule of law titlob li hu ma jaqbadx u jagħmel xi ħaġa minn żniedu mingħajr ma jisma’ dak li qed jingħad fil-qorti u d-direzzjoni li qed tagħti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend