L-azzjonijiet industrijali fl-Aġenzija Sapport se jiġu sospiżi biex tinstab soluzzjoni – One News

L-azzjonijiet industrijali fl-Aġenzija Sapport se jiġu sospiżi biex tinstab soluzzjoni

B’referenza għall-azzjonijiet industrijali ordnati mill-Union Ħaddiema Magħqudin fl-Aġenzija Sapport, dalgħodu s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Mark Musú stieden lill-UĦM biex tissospendi l-azzjonijiet b’mod immedjat u tersaq għad-diskussjoni dwar l-aħħar pendenza li fadal.Is-Segretarju Permanenti llum wara nofsinhar kien infurmat permezz ta’ telefonata minn uffiċjal tal-UĦM li l-azzjonijiet industrijali se jiġu sospiżi għada qabel il-11:00 biex għada stess issir laqgħa bit-tama li tinstab soluzzjoni.

 Is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva jinnota dan l-iżvilupp bi pjaċir, u għalkemm kien jistenna li l-azzjonijiet jiġu sospiżi b’effett immedjat għall-benefiċċju tal-mijiet ta’ persuni b’diżabilità u l-familji taghhom, jittama li għada jintlaħaq il-qbil meħtieġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend