Jinħelsu wara xhieda kunflinġenti dwar ġlieda bejn żewġ familji – One News

Jinħelsu wara xhieda kunflinġenti dwar ġlieda bejn żewġ familji

Żewġt irġiel inħelsu mill-akkużi miġjuba kontrihom fosthom li darbu serjament lill-ġar tagħhom waqt ġlieda fit-triq f’Ħaż-Żebbuġ disa’ snin ilu.

George Saliba ta’ 32 sena u Saviour Camilleri ta’ 51 sena kienu mixlija li weġġgħu serjament lil George Farrugia u weġġgħu ħafif lil Philip Farrugia.Il-każ kien fuq kwistjoni dwar garaxx u f’din il-ġlieda kien hemm involuti għadd ta’ nies.

Tliet snin ilu, George Farrugia kien ukoll ma nstabx ħati bl-attentat ta’ qtil ta’ Saliba li qala’ xi daqqiet ta’ sikkina.

Il-Qorti dakinhar sostniet li Farrugia ddefenda lilu nnifsu.

B’rabta ma’ dan il-każ, il-Qorti ma setgħetx issib ħtija fiż-żewġ akkużati wara nuqqas ta’ evidenza u xhieda kif ukoll xhieda kunflinġenti miż-żewġ familji involuti fil-ġlied.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend