Aġġornat (3) : il-Pulizija b’raid f’diversi ħwienet f’Bormla – One News

Notifiki

Aġġornat (3) : il-Pulizija b’raid f’diversi ħwienet f’Bormla

Il-Pulizija qed iżomm numru ta’ persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga f’diversi stabbilimenti f’Bormla.

Dawn l-arresti saru wara raid kbir mill-iskwadra ta’ kontra d-droga flimkien ma diversi membri tal-iSpecial Intervention Unit li dehru deħlin fil-ħwienet armati sa sninhom sabiex jeliminaw kull periklu li seta’ kien hemm.Mal-wasla tagħhom fil-ħwienet l-uffiċċjali tal-Pulizija dehru jagħmlu tfittxijiet fuq il-persuna ta’ dawk li kienu fil-ħwienet kif ukoll fil-ħwienet infushom. Jidher li ma ġewx arrestati persuni mill-ħwienet ta’ Jeff’s Pastizzeria.

Dan ir-raid li sar f’Misraħ Gavino Gulia segwa numru ta’ operazzjonijiet oħra li tul l-aħħar xhur ħallew il-frott mixtieq hekk kif inqabdet ammont sostanzjali ta’ droga mit-toroq Maltin kif ukoll tressqu numru ta’ persuni l-Qorti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend