Il-Prinċipessa Diana tagħlaq 21 sena mejta – One News

Il-Prinċipessa Diana tagħlaq 21 sena mejta

“Il-Prinċipessa tan-nies”, kif ħafna għadhom sal-lum jirreferu għall-Prinċipessa Diana ta’ Wales, illum tagħlaq 21 sena mejta. Hija tilfet ħajjitha f’inċident traġiku tat-traffiku f’Pariġi bħal-lum fl-1997. Kieku llum, għandha 57 sena.

Il-Prinċipessa serqet il-qlub ta’ bosta madwar id-dinja meta żżewġet lill-Prinċep Charles fl-1981 meta kellha biss 20 sena. Kellha għal qalbha x-xogħol volontarju u l-qasam umanitarju, u eventwalment bdiet titqies bħala ikona tal-moda madwar id-dinja.

Diana nqatlet f’inċident tat-traffiku fil-Pont de l’Alma f’Pariġi. Is-sieħeb tagħha, Dodi Fayed, u s-sewwieq, Henri Paul, ukoll tilfu ħajjithom.

Il-funeral tal-Prinċipessa xxandar nhar is-6 ta’ Settembru, b’ iktar minn 32 miljun persuna jsegwuh. Dan kien funeral statali, minkejja allegat oġġezzjoni mill-Familja Rjali għal dan, għaliex ma kinitx għadha prinċipessa wara d-divorzju tagħha miż-żwieġ iktar kmieni dik is-sena.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *