Id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili jingħaqad mal-pumpiera biex jissielet il-fjammi kbar fil-Magħtab – One News

Notifiki

Id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili jingħaqad mal-pumpiera biex jissielet il-fjammi kbar fil-Magħtab

Id-direttur tal-protezzjoni ċivili ngħaqad mal-pumpiera biex jissielet il-fjammi kbar fil-Magħtab. Emmanuel Psaila ħareġ mill-uffiċċju tiegħu u ngħaqad mal-kumplament tal-kollegi tiegħu pumpiera biex jaħdmu fl-operazzjoni tat-tifi tan-nar li ħakem il-Magħtab kmeini dalgħodu.

Id-Direttur Psaila spjega l-proċess li jsir meta jkun hemm nar qawwi fosthom li jintefa’ żrar mad-dawra bħala barrikati biex in-nar ma jkomplix jinxtered. Fil-każ tal-Magħtab saret ukoll rampa bit-terrapien biex il-pumpiera jattakkaw in-nar min-nofs ukoll.

Hu qal li l-operazzjoni mistennija li ddum ftit u qed jieħdu ħsiebha minn tliet ibnadi. Ħadu ħsieb ukoll li l-infrastruttura ma jiġrilha xejn.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend