ARA: Nirien f’ħanut ta’ Primark – One News

Notifiki

ARA: Nirien f’ħanut ta’ Primark

Ħanut ta’ Primark fiċ-ċentru tal-belt Irlandiża Belfast ħa n-nar iktar kmieni llum f’ħin pjuttost bieżel tal-ġurnata. Minkejja n-nirien kbar li ħakmu l-binja f’Royal Avenue, ma hemm ebda rapporti ta’ ġrieħi.

Dan seħħ għall-ħabta tal-11:00 dalgħodu. Jidher li n-nirien bdew fuq il-ħames sular tal-binja, iżda ġew ikkontrollati minn ħaddiema tat-tifi tan-nar.

It-triq li tinsab fiha l-binja, Royal Avenue, ingħalqet għall-pubbliku minħabba tensjoni li taqa’ xi biċċa mill-binja fit-triq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend