‘Hija tal-mistħija kif il-Knisja falliet milli tindirizza reati ta’ abbuż sesswali mill-kleru’- Il-Papa Franġisku – One News

‘Hija tal-mistħija kif il-Knisja falliet milli tindirizza reati ta’ abbuż sesswali mill-kleru’- Il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku qal li hija tal-mistħija kif il-Knisja Kattolika falliet milli tindirizza b’mod adattat r-reati ta’ abbuż sesswali mill-kleru. Dan wara li aktar kmieni, il-Prim Ministru Irlandiż wassal twissija iebsa lill-Papa biex jieħu azzjoni kontra l-kleru involut f’abbuż fuq it-tfal.

Il-Papa mistenni jiltaqa’ ma’ dawk li sfaw vittma ta’ dan l-abbuż aktar tard waqt żjara li qed jagħmel fl-Irlanda.

Din hija l-ewwel żjara minn Papa fl-Irlanda fl-aħħar 40 sena. Intant, ġimgħa ilu, il-Papa Franġisku ippubblika ittra lil 1.2 biljun Nisrani, fejn ikkundanna l-abbuż sesswali fuq it-tfal li ilu jinżamm fid-dlam għal deċenji sħaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend