Sajjieda mitluba josservaw regolamenti dwar il-qtugħ tal-friegħi tal-palm – One News

Sajjieda mitluba josservaw regolamenti dwar il-qtugħ tal-friegħi tal-palm

Issa li l-istaġun tal-lampuki qiegħed fl-aqwa tiegħu, id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti qed jitlob il-koperazzjoni ta’ dawk kollha involuti fil-qtugħ tal-friegħi tal-palm biex josservaw ir-regolamenti u l-linji gwida bl-għan li jieħdu ħsieb dawn is-siġar.Id-Direttorat qed jenfazizza l-importanza li jiġi applikat trattament kimiku wara l-qtugħ tal-friegħi, ħalli kemm jista’ jkun titnaqqas il-firxa tal-bumunqar aħmar tal-palm. Il-qtugħ tal-friegħi tal-palm irid jiġi segwit minn trattament kontra l-bumunqar aħmar tal-palm, fejn tintuża taħlita ta’ insettiċidi biex tiksi l-feriti, billi dan l-insett jippreferi jbid fejn ikun hemm qatgħat friski. Dan it-trattament għandu jiġi repetut għal tliet darbiet wara xulxin, kull erba’ ġimgħat, ħalli s-siġra tiġi protetta bl-aħjar mod possibbli. Attenzjoni speċjali trid tingħata lis-siġar tal-ispeċi Phoenix canariensis, li hija waħda mis-siġar li l-iktar jattiraw dan l-insett. Din hija l-ikbar siġra mill-palm kollu u għandha friegħi ħodor skuri bi xfar jaqtgħu.

Għal iktar informazzjoni u gwida, wieħed jista’ jikkuntattja d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti filMinisteru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima fuq in-numru 22926535 jew fuq ilfreephone 80072310. Wieħed jista’ wkoll jibgħat email [email protected] jew iżur il-website tad-Direttorat fuq www.plantprotection.gov.mt

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend