Opportunità oħra għal żvilupp ta’ Solar Farms f’pajjiżna – One News

Notifiki

Opportunità oħra għal żvilupp ta’ Solar Farms f’pajjiżna

Il-pubbliku qed jingħata opportunità oħra biex japplika għal għajnuna biex jiżviluppa Solar Farm f’pajjiżna. 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li nediet din l-inizjattiva, Manuel Sapiano, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Ilma u l-Enerġija, spjega li din mhux inizjattiva domestika, jiġifieri ma tolqotx b’mod direttu lil daek li jridu jagħmlu panelli fotovoltajiċi f’darhom.

Spjega li din hi t-tieni opportunità biex min għandu spazju kummerċjali miftuħ, bħal car parks msaqqfa, idawwar l-ispazju vojt f’opportunità. Hu stqarr li dan hu wieħed minn ħafna proġetti li qed jigu mplimentati biex pajjiżna jilħaq il-miri tal-enerġija sal-2020.

Intant il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi stqarr li din hi t-tieni inizjattiva tax-xorta tagħha li qed jimplimenta l-Gvern. Qal ukoll li tul l-aħħar snin dawn l-inizjattivi wasslu biex nilħqu ċ-ċifra ta’ 6% f’dik li hi enerġoja rinovabbli – ċifra li permezz ta’ inizjattivi bħal dawn, se tkompli tikber lejn il-mira ta’ 10% li trid tintlaħaq sal-2020.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend