Notifiki

3,873 inċident tat-traffiku bejn April u Ġunju

Bejn April u Ġunju tal-2018 seħħew 3,837 inċident tat-traffiku fit-toroq Maltin, 6% inqas meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, 1,376 minn dawn l-inċidenti seħħew fit-Tramuntana ta’ Malta, l-ikbar numru rreġistrat f’dan il-perjodu. B’kollox kien hemm 470 rapporti ta’ ġrieħi, b’269 ikunu sewwieqa.

232 sewwieq sofrew ġrieħi ħfief, filwaqt li 33 sewwieq sofrew ġrieħi gravi. 53 persuna (28 passiġġiet, 22 persuni li kienu miexjin fit-triq, u żewġ ċiklisti) ukoll sofrew ġrieħi gravi. Dan filwaqt li 102 passiġier, 36 persuna li kienu miexjin fit-triq, u sitt ċiklisti sofrew ġrieħi ħfief.

L-NSO innota wkoll li kien hemm 4 fatalitajiet fit-toroq Maltin f’dan li perjodu, li nvolvew żewġ sewwieq ta’ muturi u żewġ sewwieqa ta’ karozzi. Minn dawn, tnejn kienu abbord xarabank u persuna waħda f’vettura privata. Sitt ċiklisti sfaw milquta minn karozza, li minnhom inċident wieħed kien fatali, inċident wieħed irriżulta xi ġrieħi gravi, u erba’ fi ġrieħi ħfief.

Interessanti l-fatt li l-iktar jum fejn persuni sofrew ġrieħi kawża ta’ inċidenti tat-traffiku kien nhar ta’ Tnejn (21.3%), filwaqt li l-iktar jum li fih seħħew inċidenti kien il-Ħamis (600). L-NSO qalet ukoll li l-maġġoranza tal-inċidenti tat-traffiku jseħħu bejn 12:00 u t-15:00.

L-iktar post fejn seħħew inċidenti kien Birkirkara (298) u l-inqas postijiet fejn seħħew inċidenti kienu Ħal Qormi (215) u San Pawl il-Baħar (203)

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend