Filmat ħelu li ttella’ fuq il-midja soċjali juri mument fejn żewġt iklieb jibdew jinbħu b’ton irrabjat lejn xulxin, jikkalmaw għal ftit u jerġgħu jkomplu.
Tistgħu xxebħu ma’ argument li tista’ tgħid ikollha kull koppja u li jekk ikun hemm l-imħabba vera, kollox jikkalma u jerġa’ jiġi għan-normal.