10,000 sottomissjoni għal regolarizazzjoni – One News

Notifiki

10,000 sottomissjoni għal regolarizazzjoni

Is-sidien tal-propjetà li jixtiequ jirregolarizzaw il-propjetà mhux sanzjonabbli tagħhom fit-12-il xahar li ġejjin, mhux se jeħlu spiża żejda ta’ 25%

Dan intqal fi stqarrija mill-Awtorità tal-Ippjanar wara rispons eċċezzjonali fl-applikazzjonijiet li rċivew fl-aħħar sentejn li kienu jammontaw għal għaxart elef sottomissjoni.

Minn dawn, 8,155 sottomissjoni ġew validati u rriżultaw fi kważi €16miljun ta’ dħul minn din l-iskema biss.

Rispons li wassal biex l-awtorità ddeċidiet li żżomm ir-rata applikabbli għal sena oħra biex tagħti lis-sidien iċ-ċans li jibbenefikaw minn din l-opportunita unika.

Il-maġġoranza tal-fondi miġbura minn din l-iskema, kważi mas-70%, huma użati għal skemi ta’ komunità fosthom Irrestawra Darek.

20% huma allokati għall-Fond ta’ Ippjanar għall-Iżvilupp, biex jintua minn lokalitajiet fi proġetti ta’ titjib għall-komunità.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend